Aġġornata
Il-Ministru tat-Trasport tal-Malasja ċaħad li setgħu nstabu xi fdalijiet tal-ajruplan li għeb. Agħfas hawn għal rapport dettaljat.
Iktar kmieni…
Ajruplan tal-linja tal-ajru AirAsia li kien qed jivvjaġa bejn l-Indoneżja u Singapore tilef kull kuntatt ma’ l-awtoritajiet. Il-Linja tal-ajru AirAsia hija linja Mależjana.
Abbord l-ajruplan hemm 162 ruħ. Ftit qabel sparixxa l-ajruplan kien talab biex jibdel ir-rotta tiegħu minħabba temp ħażin.
Bosta qegħdin jiftakru f’żewġ traġedji oħra li seħħew fi żmien riċenti u involvew ajruplani Mależjani għalkemm dak in-nhar kienu titjiriet tal-Malaysia Airlines. Il-kumpanija AirAsia qatt ma’ kellha inċident s’issa.
//= $special ?>