Lokali

L-allegat każ ta’ vjolenza minn Surġent: Xhud li ra l-inċident jgħid li ra “pulizija jsabbat lil wiehed fuq is-sufanijiet”

Wara li Karl Baldacchino allega li ntużat vjolenza fuqu minn Surġent tal-Pulizija u wara li fil-verżjoni tiegħu is-Surġent tal-Pulizija Ramon Mifsud Grech ċaħad kull akkuża li għamel Baldacchino, issa xhud li ra dak li ġara barra l-istabbiliment Stiletto qal pubblikament li ra “pulizija jsabbat lil wiehed fuq is-sufanijiet faccata ta’ plush”.

F’kumment fuq facebook, iż-żgħażugħ qal li waqt li ra pulizija jsabbat lil wieħed fuq is-sufanijiet, sħabu l-pulizija daruh biex ma jkunx jista’ jqum u jkompli mixi.

Hu żied jgħid li r-raġel ma kien “qed jagħmel xejn litteralment, u lanqas jiġġieled jew xi ħaġa”. Qal li malli jqum, il-pulizija beda jsabbtu lura mas-sufan, tant li darba minnhom qaleb is-sufan b’kollox.

Stqarr li kif ra hekk, baqa’ mistgħaġeb, “affarijiet li ma jitwemnux” żied jgħid.

Qal li kif il-pulzija nduna li bdew jinġabru n-nies, kaxkru lejn il-vann tal-Pulizija fil-pjazza ta’ Paceville.

Agħfas hawn għall-verżjoni tas-Surġent li ngħatat lil MaltaRightNow.com f’intervista mal-Kap tal-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ Media.Link Fabian Demicoli.

Ix-xhud ħalla żewġ kummenti fuq Facebook, li qed nirriproduċu hawnekk:

Matthew Sammut A1

Fit-tieni kumment fuq Facebook, ix-xhud kompla jispjega kif seħħew l-affarijiet:

Matthew Sammut 1