Fi stqarrija b’rabta ma’ storja dwar il-Quddiesa ta’ Nofsilejl organizzata milll-uffiċċju tal-President l-istess uffiċċju saħaq li l-Quddiesa ta’ Nofsillejl organizzata fil-Kon Katidral ta’ San Ġwann kienet miftuħa għal kulħadd. B’kollox attendew ‘il fuq minn 1,200 ruħ li tliet mija minnhom ġew għall-quddiesa biss.
L-Uffiċċju kkjarafika li l-biljetti kienu għall-festin tal-Milied li sar wara l-quddiesa fil-Palazz u mhux għall-quddiesa. Matul il-ħin tal-quddiesa, il-bieb tal-Kon Katidral tħalla miftuħ biex seta’ jidħol kulħadd, kif fil-fatt ġara. Il-konkorrenza tant kienet qawwija li kien hemm għadd ta’ nies bilwieqfa, u nies li semgħu l-quddiesa mis-sagristija ttem tgħid l-istqarrija.
Agħfas hawn għar-rapport li deher ilbieraħ fuq dan is-sit
//= $special ?>