“Ma jiddispjaċini xejn li jien u tnejn jew tliet persuni oħra sfurzajna eluf ta’ tfal iqattgħu ħinhom mal-familja, minflok jilgħabu.” Qal dan Ryan, żagħżugħ li żvela li kienu hu u tnejn jew tliet persuni oħra, membru tal-grupp Lizard Squad, li waqqgħu n-network tal-Playstation u l-Xbox f’Jum il-Milied.
Ryan ta intervista lil Sky News fejn żvela li hu u grupp żgħir ta’ persuni oħra wettqu dan l-attakk ta’ hacking fuq is-sistema’ tal-Playstation u l-Xbox bħala logħba, sempliċiment għall-gost u biex juru kemm teżisti nuqqas ta’ sigurta’.
Fl-intervista tiegħu, li saret permezz ta’ Skype, Ryan qal li dan l-attat kien maħsub u mwettaq minn persuni li wħud minnhom lanqas għalqu l-għoxrin sena. Filfatt jirriżulta li l-iżgħar membru tal-grupp Lizard Squad għandu biss tlettax-il sena.
Kompla li l-attakk juri kif il-klijenti ta’ dawn il-kumpaniji kbar qed jgħaddu dettalji personali bħan-numru tal-credit cards meta ma teżisti l-ebda sigurta’.
“Nifhem li l-attakk tagħna hu xi ftit nieqes mill-etika, imma iktar ninkwieta jekk dawk il-persuni li sofrew minn dan l-attakk m’għandom xejn aħjar x’jagħmlu ħlief jilgħabu f’lejliet u f’jum il-Milied,” temm jgħid Ryan.
//= $special ?>