Wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ tal-ajruplan tal-Air Asia, li għeb b’162 persuna meta kien qed itir mill-Indonesja għal Singapore, kien kiteb messaġġ ta’ kondoljanzi għall-vittmi tat-titjira MH17.
Fit-titjira MH17, ajruplan tal-linja tal-ajru tal-Malasja kien twaqqa’ qrib il-fruntiera tal-Ukrajna bil-konsegwenza li kienu nqatlu l-persuni kollha abboard, jiġifieri 298.
Dan l-inċident kien ħasad lid-dinja, partikolarment hekk kif kien seħħ biss xhur wara li ajruplan ieħor tal-linja tal-ajru tal-Malasja kien għeb meta kien f’titjira bejn Kuala Lampur fil-Malasja lejn Beijing.
Intant, f’kumbinazzjoni sfortunata, persuna li kien kiteb messaġġ ta’ kondoljanzi għall-vittmi tat-titjira MH17, hu maħsub li hu wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ fuq it-titjira li għebet ftit tas-sigħat ilu meta l-ajruplan kien fi triqtu lejn Singapore.
Ritratt ta’ fuq: Ir-raġel, Oscar Desano (fin-nofs) mill-Jakarta, maħsub li hu wieħed mill-membri tal-ekwipaġġ abbord l-ajruplan li għeb.
Ritratt: Il-messaġġ fuq ‘twitter’ li kien kiteb Oscar Desano aktar kmieni din is-sena meta kien twaqqa’ ajruplan tal-linja tal-ajru tal-Malasja qrib il-fruntiera tal-Ukrajna.
//= $special ?>