Internazzjonali

Qassis maħtuf jinstab maqtul

Qassis li kien inħataf fl-istat ta’ Guerrero fil-Lbiċ tal-Messiku ġimgħa ilu, instab maqtul b’tiri ta’ arma tan-nar.

Il-katavru ta’ Dun Gregorio Lopez instab qrib il-belt ta’ Ciudad Altamirano.

Grupp ta’ saċerdoti mbagħad ħarġu biex ikkundannaw il-qtil.

Lopez inħataf minn irġiel armati mis-seminarju ta’ Ciudad Altamirano, fejn hu kien jgħallem. Il-mottiv wara l-qtil jibqa’ mhux ċar.

Ħabib tal-qassis qal lill-media lokali li Dun Gregorio Lopez inħataf wara li akkuża lill-grupp kriminali Guerreros Unidos dwar il-ħtif u l-allegat qtil ta’ 43 student f’Settembru.

Lopez hu t-tielet qassis li nqatel din is-sena fl-istat ta’ Guerrero, li kien fiċ-ċentru ta’ vjolenza relatata mad-droga fil-Messiku.

Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada