Il-valuri nsara huma wara kollox valuri umani u temmen jew ma temminx, trid tiggwida ruħek fuq il-valuri.
Alla ħares il-valuri ma jibqgħux ċentrali.
Kien dan il-kliem tal-President Emeritu George Abela, fid-diskors tiegħu waqt l-inawgurazzjoni ta’ ġemellaġġ bejn il-Youth Football Association u l-Millenium Chapel, iktar kmieni llejla.
Hu qal li mingħajr dawn il-valuri, ispirati mill-fidi nisranija, f’ħajjitna aħna mmorru żmerċ, mhux biss bħala pajjiż, bħala Malta, iżda wkoll individwalment, bħala Maltin.
George Abela, f’din l-okkażjoni sportiva, irrefera wkoll għal valuri tal-isport, fosthom li tilgħab f’tim magħqud u li tilgħab b’mod ġust.
Fil-ġimgħat li għaddew, il-President ta’ Malta Marie-Louise Coleiro Preca rreferiet għal valuri nsara fid-diskors tagħha f’Jum ir-Repubblika, fejn qalet li l-valuri tal-fidi Kattolika tal-Maltin m’għadhomx ċentrali fis-soċjeta’ tagħna u wiehed għandu jħares lejn kif se niżviluppaw il-proċess sekulari ta’ pajjiżna.
Kliem li qanqlu r-reazzjoni ta’ ħafna, fosthom anke tal-Amministratur Appostoliku Monsinjur Charles Scicluna, li qal li l-fidi nisranija ta’ eluf ta’ Maltin hi bħal dawl.
Fi kliem Charles Scicluna, id-dawl m’hemmx bżonn ikun fin-nofs ta’ kamra mudlama biex idawwalha. Lanqas ma hemm bżonn li l-ħmira tkun f’nofs it-taħlita biex twassal għal ħobża tajba.
U bl-istess mod, Monsinjur Scicluna qal li hija s-sejħa ta’ kull nisrani li jkompli jsaħħaħ il-preżenza tal-fidi Kattolika fis-soċjeta’ Maltija.
//= $special ?>