Futbol Sport

Clifford Gauci mistenni jiffirma ma’ Qormi F.C.

Il-midfielder ta’ 22 sena Clifford Gauci nħall mill-kuntratt tiegħu ma’ Żebbuġ Rangers. Din l-aħbar tasal erba’ xhur biss wara li fil-11 t’Awwissu li għadda, l-istess Gauci kien ġedded il-kuntratt tiegħu mal-klabb b’sentejn oħra.

Replay jinsab infurmat li fil-jiem li ġejjin Clifford Gauci mistenni jiffirma kuntratt ġdid ma’ Qormi F.C.

Fil-passat it-talent żagħżugħ Żebbuġi kellu esperjenzi ma’ Pieta Hotspurs, Valletta u Rabat Ajax.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).