Żewġ vapuri f’dan il-ħin għadhom għaddejjin bl-operazzjoni ta’ salvataġġ tal-ferry Taljan Norman Atlantic li lbieraħ ħa n-nar.
Sa’ issa għad hemm mal-250 persuna abbord jistennew li jiġu evakwati minn fuq il-vapur, fost diffikultajiet għall-operazzjoni tas-salvataġġ minħabba t-temp qalil.
Ir-ritratt ta’ fuq juri l-post fejn jinsab il-vapur ‘Norman Atlantic’, b’żewġ bastimenti reġistrati f’Malta, l-ABY Jeanette u l-bastiment ‘Stelios B’, li jinsabu qrib il-vapur Norman Atlantic.
Raġel b’identifikazzjoni Maltija, li kien abbord in-Norman Atlantic ttieħed lejn Ravenna, l-Italja, abbord il-bastiment ‘Spirit of Pireus’.
//= $special ?>