Issa li għadda l-Milied, jerġa’ jibda l-ġenn biex wieħed jibbukkja għas-sajf u waħda mid-destinazzjonijiet li qed tiġi rreklamata hija Għawdex.
F’artiklu fuq id-Daily Mail, li jista’ jservi wkoll reklam mill-isbaħ t’Għawdex, jintqal li l-popolarita’ t’Għawdex żdiedet wara li l-koppja Angelina Jolie u Brad Bitt, jew ‘Brangelina’, marru biex jiġbdu l-film ‘By The Sea’.
L-artiklu jgħid Għawdex huwa post ideali biex wieħed jikri jew jixtri residenza għas-sajf, b’inbid u ikel tajjeb ħafna, u prezzijiet relattivimanet irħas.
L-artiklu jagħti ħarsa lejn uħud mill-karatteristiċi f’Għawdex, fosthom id-djar bi stil rustiku, iċ-Ċittadella, l-ikel u x-xorb u l-Knejjes t’Għawdex.
Id-‘Daily Mail’ tgħid li wara li l-koppja ‘Brangelina’ marret f’Għawdex biex tiġbed il-film ‘By The Sea’, il-popolarita’ tal-gżira Għawdxija mistennija tiżdied b’mod qawwi fl-2015, meta l-film se jibda jintwera u għaldaqstant, l-artiklu jagħti l-parir biex min hu interessat li jixtri xi residenza f’Għawdex, jaħtaf l-opportunita’ issa qabel ma l-gżira tibda tkun imfittxija b’mod qawwi s-sena d-dieħla.
//= $special ?>