Fir-Renju Unit, l-ismijiet tan-nisa antiki bħal Doris, Edna u Hilda qed jerġgħu ikunu kkunsidrati għat-trabi ġodda, iżda Harper hu l-aktar isem li spara ‘l fuq fil-lista tal-‘baby names’ għall-2014.
Forsi dan il-fatt m’għandhux jitqies daqstant bħala sorpriża meta Harper hu l-isem tat-tifla ż-żgħira ta’ David u Victoria Beckham — l-eks ‘Posh Spice’,li, flimien ma’ żewġha, tifforma waħda mill-aktar koppji ikoniċi fid-dinja.
Intant, l-isem Harper tela’ b’67 pożizzjoni għal numru 77 fil-lista tal-ismijiet tat-trabi tfajliet u jidher li hu l-aktar li qed iżid fil-popolarita.
Mill-banda l-oħra, l-ismijiet Hilda, Edna, Dilys u Doris — li jmorru lura għaż-żmenijiet tat-Tieni Gwerra — jidhru li għamlu ‘comeback’ żgħir wara li kienu ilhom is-snin injorati.
Il-lista tal-‘baby names’ jiżvela anki wħud mill-aktar ismijiet straordinarji li ngħataw lit-trabi fl-2014, u li jinkludu Royal, King u Thor.
Ma jonqsux, imbagħad, l-aktar ismijiet strambi għas-subien, fosthom Muse (wara l-grupp tal-mużika Rock) u Memphis, il-post fejn kien twieled il-mibki Re tar-Rock ‘n Roll, Elvis Presley.
Intant, l-aktar ismijiet għall-bniet li żiedu fil-popolarita fl-2014 kienu (skont il-lista) : 1) Harper, 2) Thea, 3) Darcie, 4) Lottie, 5) Elsie, 6) Orla, 7) Ivy, 8) Eliza, 9) Heidi u 10) Evelyn.
L-aktar ismijiet tas-subien li qabdu sew fis-soċjeta Britannika fl-aħħar tnax il-xahar huma: 1) Kian, 2) Teddy, 3) Elijah, 4) Hugo, 5) Ollie, 6) Louie, 7) Freddie, 8) Sebastian, 9) Ronnie u 10) Seth.
//= $special ?>