L-awtoritajiet għall-emerġenzi ikkonfermaw l-evakwazzjoni ‘kompluta’ tal-passiġġieri mill-vapur Taljan ‘Norman Atlantic’ li qabad, nhar il-Ħadd, meta kien qed ibaħħar fl-inħawi tal-gżira Griega, Korfu.
Iżda hu minnu li mietu tal-anqas sebgħa fit-traġedja, b’numru ta’ katavri jkunu irkuprati mill-inħawi f’perijodu ta’ sigħat.
Intant, kienu salvati ‘l fuq minn 400 persuna mill-vapur wara ħidma diffiċli u kkumplikata li seħħet waqt maltemp qalil, iddominat mill-irwiefen feroċi.
Mhux ċar x’wassal għan-nirien li ħakmu s-sezzjoni tal-vapur riservat għall-karozzi, u meta n-‘Norman Atlantic’ kien qed iwassal mal-478 persuna mill-belt Griega ta’ Patras lejn Ancona, fl-Italja.
Sadanittant, il-prosekuturi Taljani ħabbru li fetħu inkjesta kriminali dwar il-kawża tan-nirien u għandhom anki jinvestigaw jekk it-traġedja kenitx dovuta għal negliġenza.
Aktar dettalji jidhru fil-ħarġa ta’ għada ta’ ‘In-Nazzjon’
//= $special ?>