Aktar minn 250 persuna għadhom qed jistennew li jiġu salvati mill-ferry Taljan li ħa n-nar fil-Majjistral ta’ Korfu.
L-operazzjoni ta’ salvataġġ għaddejja bil-mod minħabba riħ qawwi li ħakem li nħawi fejn il-vapur ‘Norman Atlantic’ waqaf.
Il-Qawwa Navali Taljana s’issa salvat madwar 221 persuna. 49 persuna ġew salvati minn vapur reġistrat Malta li qed jgħin fl-operazzjoni ta’ salvataġġ.
Kollox jindika li l-ferry ħa n-nar fil-parti fejn ikun hemm il-karozzi. S’issa kienet konfermata l-mewta ta’ persuna waħda kawża ta’ dan l-inċident.
//= $special ?>