Ħarsa lejn il-ġurnali dalgħodu, 29 ta’ Diċembru 2014
IN-NAZZJON b’ritratt ta’ qraba ta’ passiġġieri tal-ajruplan tal-AirAsia li għeb. Rapport dwar il-każ tas-Surġent Ramon Mifsud Grech li allegatament sawwat u hedded ġuvni talli ħadlu ritratt. Rappurtat xhieda ta’ żewġ persuni li raw l-inċident.
L-ORIZZONT b’ritratt mill-għawma ‘Thomas Smith’ li saret għall-karita’. Rapport dwar it-theddida bomba li sar is-Sibt fuq vapur tal-Gozo Channel. Jgħid li m’hemmx wisq dettalji dwar il-persuna li ċemplet ħlief li hi mara b’kappa.
THE MALTA INDEPENDENT b’ritratt mill-għawma għall-karita’ li saret il-Ħadd. Storja dwar il-każ tas-Surġent li kienu ttieħdu passi dixxiplinarji fil-konfront tiegħu lura fl-2012. Rapport ieħor dwar is-sitwazzjoni mwiegħra fl-inħawi tal-Flower Power.
TIMES OF MALTA b’ritratt tal-Amministratur Appostoliku Charles Scicluna jilqa’ refuġjat u jiċċajta miegħu. Rapport dwar it-traġedja tal-vapur Norman Atlantic li ħa n-nar b’mijiet ta’ persuni abbord u rapport dwar x’qal l-Amministratur Appostoliku dwar il-Knisja u kif din għandha tkun hemmek għas-soċjeta’, irrispettivament minn jekk il-Knisja tkunx fiċ-ċentru jew le.
//= $special ?>