Kultura

Il-Milied fix-Xagħra fuq NET Television

Għal sena oħra Net Television żar il-gżira Għawdxija fi żmien il-Milied. Din is-sena kien imiss li nżuru ir-raħal tax-Xagħra. Din hi t-tielet darba din is-sena li żorna dan ir-raħal. Hekk kif konna preżenti għall-Ġimgħa l-Kbira, għall-festa tal-Vitorja, kif ukoll issa, fi żmien il-Milied.

Ir-raħal tax-Xaghra bir-raġun imsejjaħ ir-raħal tal presepju, fejn il-presepju huwa aktar minn sempliċiment folklor jew tradizzjoni… huwa passjoni, delizzju li jsir b’imħabba kbira. Kull presepista hawn huwa maqgħud f’tim wieħed mingħajr ebda pika u kompetizzjoni b’għan ewlieni li jasal messaġġ b saħħtu tal-importanza tal-presepju li għandu jinżera u jixxettel f’kull familja!

Illejla NET Television fid-20.40 se jwasslilkom il-Milied fix-Xagħra fi programm apposta li sar fi tmiem il-ġimgħa minn din il-lokalità.