Futbol Sport

Imminenti t-trasferiment ta’ Agius – iwaqqaf dak ta’ Pisani ma’ Naxxar

It-trasferiment ta’ Terence Agius minn Pieta’ Hotspurs għal Balzan F.C. mistenni jkun konkluż bejn illum u għada hekk kif għad fadal biss l-aħħar ftit dettalji x’jinqablu bejn iż-żewġ klabbs.

Dan ikun it-tieni akkwist fi ftit jiem għal Balzan wara li kkonkludew u ppreżentaw ukoll lill-attakkant Montenegrin Bojan Kaljevic mingħand Mosta.

Inntant il-President ta’ Pieta’ Hotspurs Joe Sammut, f’intervista li se tixxandar illejla waqt Replay Ikompli fuq Radio 101, ħabbar li hekk kif dan it-trasferiment ikun konkluż, Pieta’ Hotspurs mhux se jkunu qed ibiegħu iktar plejers Maltin.

Dan ifisser li t-trasferiment ta’ Jurgen Pisani, id-difensur ta’ 22 sena li għalih kien hemm talba uffiċjali minn Naxxar Lions kif ukoll interess minn Sliema Wanderers, ma jkunx jista’ jseħħ.