Il-persuna li hu reġistrat bħala Malti u li kien imniżżel bħala passiġġier fuq il-vapur ‘Norman Atlantic’ li ħa n-nar fil-Majjistral ta’ Korfu, jinsab f’kundizzjoni tajba ta’ saħħa.
Dan wara li r-raġel ġie salvat minn fuq il-vapur u ttieħed lejn Ravenna, l-Italja, abbord il-bastiment ‘Spirit of Pireus’.
Il-persuna l-anqas m’hi midruba.
Fi stqarrija l-Ministeru tal-Affarijiet Barranin qal li se jkun qed jinżamm infurmat bil-ħin u l-post preċiż ta’ fejn se jitwassal il-passiġġier, li huwa possibilment Sirjan residenti f’Malta.
Intant, aktar minn 250 persuna abbord il-ferry Taljan għadhom qed jistennew li jiġu salvati.
Ritratt: Il-post fejn jinsab il-ferry Taljan bħalissa. Hu kien qed jivjaġġa minn Patras fil-Greċja (sors: BBC)
//= $special ?>