Il-Ministru tat-Trasport Joe Mizzi ma kienx kapaċi jwieġeb meta se jsir it-trasferiment tal-Monti lejn id-Daħla ta’ Bieb il-Belt. Mistoqsi mill-ġurnalisti dwar dan, Joe Mizzi ħarab milli jwieġeb billi qal li ċ-ċaqlieq tal-Monti ma jaqax taħt ir-responsabbiltà tiegħu u għalhekk din il-mistoqsija għandha ssir lill-Ministru responsabbli.
Il-Ministru Joe Mizzi ħarab milli jwieġeb meta kien qed jindirizza konferenza tal-aħbarijiet wara li kixef plakka mal-art (ritratt), biex jitħabbar li tlesta x-xogħol ta’ pavimentar fi Triq l-Ordinanza. Dan ix-xogħol sar bi preparazzjoni għal meta l-Monti jiġi trasferit lejn din it-triq fid-Daħla tal-Belt.
Fuq il-plakka, inawgurata mill-Ministru Mizzi, hemm miktub li “Kont magħluq għall-ġlied, issa ngawdi s-sliem”.
//= $special ?>