Futbol Sport

Kurt Zammit jista’ jiffirma ma’ Żebbuġ Rangers

Il-plejer offensiv ta’ Mosta Kurt Zammit jista’ jissieħeb lil Żebbuġ Rangers fis-sigħat li ġejjin.

Zammit, li għad għandu biss 19-il sena, hu meqjus bħala wieħed mill-aktar plejers promittenti fil-futbol lokali u jilgħab ukoll mat-timijiet nazzjonali taż-żgħar.

Hu ilu sentejn jilgħab fil-Kampjonat Premier wara li ddebutta fid-19 ta’ Novembru 2012 fit-telfa minima ta’ 1-0 li Mosta kienu sofrew kontra Hibernians. Dakinhar Zammit kien għadu se jagħlaq 17-il sena u kien għadu ġej minn trial mal-klabb Portugiż Clube Desportivo Nacional.

Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).