Il-Greċja qed tħejji għal elezzjoni ġenerali bikrija li ssir ix-xahar id-dieħel, wara li d-deputati fil-Parlament f’Ateni ma aċċettawx il-kandidat għall-Presidenza li kien ippropona l-Prim Ministru Grieg, Antonis Samaras (ritratt).
Il-kandidat inkwistjoni hu Stavros Dimas, eks Kummissarju Ewropew, li kiseb biss 168 vot mid-deputati minflok il-180 meħtieġa fl-Assemblea.
Dan l-iżvilupp ifisser li l-Parlament irid ixolji, proprju fi żmien meta l-ekonomija Griega qed turi xi sinjali ta’ titjib wara sitt xhur ta’ riċessjoni. Dan kien l-aħħar vot dwar Dimas wara oħrajn preċedenti, bir-riżultat qed jitqies bħala disfatta għall-Prim Ministru Samaras.
//= $special ?>