Minkejja li l-previżjonijiet tat-temp ibassru li se jkollna tmiem is-sena bil-maltemp, dalgħodu fuq Marsamxett u tas-Sliema spikkat xena mhux tas-soltu – qawsalla fuq l-oħra – kif juri ir-ritratt miġbud minn Noel Zammit. Minn għada, għall-jiem li ġejjin, mistennija aktar ħalbiet tax-xita li aktarx ikunu bir-ragħad, u bil-possibiltà ta’ maltempata qawwija proprju fl-Ewwel tas-Sena.
It-temperatura wkoll se tkompli nieżla, bit-tbassir tal-Uffiċċju Meterjoloġiku juri li bejn l-aħħar jum tas-sena 2014 u l-għada l-Ħamis l-1 ta’ Jannar 2015 l-inqas temperatura se tinżel saħanistra sa 4 gradi Celsius. Nistennew ukoll riħ qawwi li se jlaħħaq qawwa ta’ Forza 7.
//= $special ?>