Lokali

Protesta quddiem Kastilja

Bħalissa għaddejja protesta quddiem il-Berġa ta’ Kastilja.

Id-dimostranti jidhru li huma kollha ta’ nazzjonalita’ Libjana u qed jipprotestaw kontra l-pożizzjoni tal-Gvern Malti b’rabta mar-rikonoxximent tal-Gvern Libjan.

Dan wara li fil-ġimgħat li għaddew issejjħet konferenza stampa fl-Ambaxxata Libjana, bil-kelliem tal-Libja jisħaq lil Gvern Malti biex jirrikonoxxi l-gvern Libjan ta’ Tripli u mhux dak ta’ Tobruk.