TENNIS: Ilbieraħ tkompla l-Kampjonat BOV tal-Masters tal-Irġiel, kampjonat li fih qed jieħdu sehem l-aqwa tmien plejers Maltin. Fl-ewwel żewġ logħbiet tal-ġurnata Mark Gatt għeleb lil Matthew Booker 6-0, 6-2 filwaqt li Denzil Agius rebaħ bi skor ta’ 6-3, 6-1 kontra Raphael Sammut.
It-tielet konfront bejn Bradley Callus u Matthew Cassar Torreggiani kien aktar bilanċjat fejn Callus rebaħ l-ewwel set 6-3 imma Cassar Torreggiani wettaq rimonta u rebaħ 7-6 u 6-4 biex rebaħ il-konfront. Iċ-champion lokali Matthew Asciak għeleb lil Miguel Galea 6-0, 6-1.
//= $special ?>