Ambjent Lokali

Ritratti: Qawsalla doppja tpaxxi l-għajnejn

Aġġornata b’filmat

Qawsalla doppja li dehret minn diversi nħawi f’Malta, partikolarment il-Belt Valletta, Tas-Sliema u l-madwar paxxiet l-għajnejn ta’ dawk li nzertaw kienu qed igawdu l-veduta tal-inħawi jew għaddejjin jagħmlu x-xiri tagħhom.

Matul il-ġurnata l-Uffiċċju Meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed iassar li t-temp ikun ftit jew wisq imsaħħab b’ħalbiet iżolati tax-xita filwaqt li r-riħ mistenni jsir ftit qawwi mill-Grigal.

Qawsalla Qawsalla 3 Qawsalla 2

Ritratt ta’ Noel Zammit.