Politiċi, awturi, membri minn entitajiet ċivili, ħaddiema fis-settur turistiku, qassisin u l-istaff tal-Isptar San Vinċenz de Paule kienu fost dawk li iffurmaw parti minn 10 timijiet li llum ħadu sehem f’turnament tal-futbol.
Dan bħala parti minn attivita’ bl-isem TACKLE 4 DTP, organizzata minn Radju RTK fil-grawnd tal-futbol tal-Kulleġġ San Alwiġi f’Birkirkara, u li kienet inawgurata mill-Arċisqof Emeritu, Monsinjur Pawlu Cremona.
Attivita’ li kellha fil-qofol tagħha l-ispirtu ta’ solidarjeta’ u altruwiżmu, hekk kif il-fondi kollha li nġabru permezz tagħha se jmorru b’risq id-Dar tal-Providenza.
Intant il-ġbir ta’ fondi se jilħaq il-qofol tiegħu nhar il-Ħamis, l-ewwel jum tas-sena, bil-maratona ġbir ta’ fondi organizzata minn Radju RTK.
//= $special ?>