Żewġ klabbs tal-Premier għamlu talba uffiċjali lil Pembroke għall-attakkant Senegaliż ta’ 29 sena Demba Armand Touré. Replay jinsab infurmat ukoll li hemm klabb ieħor mill-Premier li qed juri nteress f’dan il-plejer.
Toure ilu f’pajjiżna sa mill-2013 meta ngħaqad ma’ Valletta mingħand Al-Oruba SC fl-Oman. Staġun wara hu ngħaqad ma’ Birkirkara u wara Tarxien Rainbows.
Toure’, li lagħab tmien logħbiet u skurja tliet gowls għas-Senegal, beda l-karriera tiegħu fi Franza ma’ Olympique Lyon. Lagħab ukoll ma’ Grasshoppers fl-Iżvizzera, Dynamo Kyiv fl-Ukrajna, Stade Reims lura fi Franza u FC Astra Giurgiu fir-Rumanija.
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>