Uffiċjali Somali qalu li mexxej tal-grupp Iżlamiku, al-Shabab, inqatel minn azzjoni militari mill-ajru mmexxi mill-Istati Uniti lbieraħ.
Il-kap dwar affarijiet sigrieti, bl-isem ta’ Abdishakur, kien parti minn taqsima responsabbli għal attakki suwiċida.
Kapijiet tad-difiża Amerikani ma kkonfermawx jekk il-mexxej ta’ al-Shabab inqatilx.
L-awtoritajiet f’Washington appoġġjaw forza tal-Unjoni Afrikana li kienet eliminat il-grupp fundamentalista minn qagħdiet madwar il-pajjiż sa mill-2011.
Ilbieraħ, l-Istati Uniti qalet li kienet attakkat “mexxej importanti” ta’ al-Shabab fiz-zona ta’ Saakow, madwar 320 kilometru fil-Punent tal-kapitali Somala, Mogadishu.
//= $special ?>