Lokali

Bastiment b’mijiet ta’ immigranti, b’numru ta’ persuni armati abbord

Bastiment kummerċjali, li hu mifhum li qed iġorr mijiet ta’ immigranti, bagħat sinjal ta’ emerġenza qrib il-gżira Griega ta’ Korfu. Passiġġier abbord il-Blue Sky M qal li hemm persuni armati abbord il-vapur.

Il-qawwa navali Griega bagħtet numru ta’ helikopters u bastiment tal-gwerra fil-post fin-nofsinhar tal-gżira żgħira ta’ Othonoi.

L-inċident seħħ jumejn biss wara nar li żviluppa abbord ferry mhux ‘il bogħod – każ li ħalla għaxar persuni mejta. Numru ta’ bastimenti ġew ordnati jmorru lejn il-bastiment kummerċjali wara li kienu qed jagħmlu tfittxija qrib il-ferry Norman Atlantic.