Għaxar passiġġieri mietu, ħafna jinsabu mitlufa u ħadd mhu kapaċi jgħid b’ċertezza kemm kienu n-nies abbord il-bastiment Norman Atlantic meta nħakem minn nirien.
It-traġedja tal-ferry fl-Adrijatiku nbidlet f’misteru ta’ qtil illum hekk kif fjask dwar in-numru eżatt fil-lista tal-passiġġieri żied ma’ mistoqsijiet dwar is-sistemi ta’ sigurta’ abbord.
Il-vapur Taljan ħasad żewġ ħajjiet oħra hekk kif żewġ baħrin Albaniżi mietu kawża tal-ġrieħi li ġarrbu meta tqaċċat cable li jgħaqqad il-lanċa tas-salvataġġ mal-ferry.
Il-prosekutur Taljan, li qed jinvestiga d-diżastru ta’ nhar il-Ħadd, qal li aktar katavri mistennija jinstabu fuq il-vapur.
Kważi 40 passiġġier, li kienu fuq il-lista tal-passiggeri abbord il-ferry, għadhom ma nstabux imma għadu mhux ċar jekk dawn mitux kawża tan-nar, jew inkella għerqu jew b’riżultat ta’ żball fuq il-manifest tal-bastiment.
//= $special ?>