Lokali

Aġġornata: Ajruplan tal-Air Malta jintlaqat minn sajjetta fi triqtu lejn Pariġi

15:40 Jitniżżlu l-bagalji tal-passiġġieri li ġejjin Malta mill-ajruplan milqut mis-sajjetta

Fir-ritratt jidhru l-bagalji qed jitniżżlu mill-ajruplan milqut mis-sajjetta.

14:00 Wħud mill-passiġġieri li qed jistennew l-ajruport ta’ Pariġi biex jiġu lura Malta, jilmentaw li ilhom jistennew minn kmieni filgħodu u ngħataw biss voucher ta’ €20

13:13 Minn tagħrif li għadu kemm kiseb maltarightnow.com, jidher li l-ajruplan tal-Air Malta ntlaqat minn sajjetta fi triqtu lejn l-ajruport ta’ Charles De Gaulle f’Pariġi u bħalissa qed ikun stabbilit xi ħsarat seta’ ġarrab l-ajruplan.

Sadanittant, minn informazzjoni li għandna jidher li l-Air Malta se tibgħat ajruplan iehor Pariġi biex iġib il-passiġġiera minn Pariġi lejn Malta.

Aktar kmieni

Ajruplan tal-Air Malta li kellu jitlaq mill-ajruport ta’ Charles De Gaulle f’Pariġi fl-10:20am għadu ma’ telaqx wara li żviluppawlu xi ħsarat.

Il-passiġġieri li tkellmu ma’ maltarightnow.com qalulna li huma marru l-ajruport kmieni filgħodu, wħud mill-5am, u hekk kif kien se jitilgħu fuq l-ajruplan, qalulho biex jistennew ftit.

Aktar tard il-passiġġieri kienu nfurmati li l-ajruplan huwa skedat li jitlaq mill-ajruport ta’ Pariġi lejn Malta fis-5:50pm.