Wara li aktar kmieni dalgħodu nstabu fdalijiet tal-ajruplan tal-Air Asia, issa tħabbar li ttellgħu ukoll kadavri mill-baħar.
Aktar informazzjoni dwar dan l-iżvilupp kif taslilna …
Aktar kmieni
Dalghodu nstabu fdalijiet tal-ajruplan tal-Air Asia fil-Baħar ta’ Java, ftit lil hinn mill-gżira ta’ Borneo.
L-oggetti li nstabu x’aktarx huma bieba ta’ ajruplan u żurżieqa ta’ emerġenza.
Fit-tfitxija qed jieħdu sehem minn tal-inqas 30 bastiment, 15-il ajruplan u 7 ħelikopters.
L-ajruplan tal-Air Asia b’162 persuna abbord għeb nhar il-Ħadd li għadda wara li telaq minn Surabaya fl-Indoneżja għall-Singapor.
Bambang Soelistyo, il-persuna responsabbli mill-ħidma ta’ salvataġġ u tfittxija, qal li mill-informazzjoni li għandhom jidher li l-ajruplan jinsab f’qiegħ il-baħar.
//= $special ?>