Illejla tħabbar li mara, x’aktarx infermiera, li rritornat Glasgow minn Sierra Leone il-lejl li għadda, ġiet konfermata li marida bil-virus tal-Ebola.
Il-mara waslet l-Iskozja wara li waqfet fl-ajruporti ta’ Casablanca u Heathrow f’Londra, u waslet l-ajruport ta’ Glasgow fi flight tal-British Airways għal ħabta tal-11:30pm.
Il-mara bħalissa tinsab iżolata u qed tirċievi l-kura necessarja. Aktar tard hi se tittieħed fi sptar f’Londra.
//= $special ?>