Illum tressaq il-Qorti ir-raġel ta’ 29 sena li tard ilbierah filgħaxija kien arrestat mill-Pulizija wara li nqabad jisraq fjuwil minn trailers f’Ta’ Qali.
Il-Pulizija wettqet l-arrest wara li osservat raġel suspettuż viċin numru tat-trailers u meta kien avviċinat mill-Pulizija, ir-raġel prova jaħrab minn fuq il-post.
Ir-raġel, li fil-pussess tiegħu kellu diversi kontenituri tal-plastik u għodda, inkluża pompa, ġie mixli quddiem il-Maġistrat Carola Peralta li seraq il-fjuwil għad-dannu tal-kumpanija Farenheit.
Ir-raġel, mill-Ħamrun, ġie mixli li seraq b’inqas minn €250 ewro fi fjuwil u li kiser il-provedimenti tal-Qorti.
Ir-raġel m’ammettiex u lanqas għamel talba għal liberta’ proviżorja.
Għalih deher l-Avukat Leslie Cuschieri.
//= $special ?>