L-eks iben tar-rispett tal-president tal-Każakstan, li mbagħad dar kontrih, ġie mixli bi qtil minn prosekuturi fl-Awstrija.
Rakhat Aliyev, eks ambaxxatur fl-Awstrija, hu akkużat li qatel żewġ managers ta’ bank f’art twelidu fl-2007.
Il-Każakstan ipprova jestradih sabiex jgħaddi ġuri, iżda l-Awstrija rrifjutat darbtejn minħabba r-rekord tal-eks repubblika Sovjetika, dwar id-drittijiet tal-bniedem.
Minflok, il-prosekuturi Awstrijaċi fetħu l-investigazzjoni tagħhom dwar il-qtil fl-2011.
Aliyev ċaħad il-każ kontrih u stqarr li dan kien motivat politikament.
Madankollu, f’Ġunju Aliyev tar volontarjament sa Vjennza minn daru f’Malta u ta ruħu b’idejh lill-awtoritajiet Awstrijaċi.
//= $special ?>