Internazzjonali

L-awtoritajiet Ċiniżi jneħħu kurċifiss minn sptar Kristjan

L-awtoritajiet Ċiniżi neħħew kurċifiss minn sptar Kristjan tal-anzjani ġimgħa qabel il-Milied fl-aħħar eżempju ta’ ġlieda kontra l-Kristjanità.

Irġiel lebsin pajżana neħħew il-kurċifiss li kien fuq ir-residenza f’Hangzhou fid-19 ta’ Diċembru.

Attivisti qalu li l-inċident kien parti minn kampanja mmirata kontra l-knejjes madwar il-provinċja ta’ Zhejiang, li hi magħrufa għall-popolazzjoni Kristjana dejjem tikber.

Ara aktar f’In-Nazzjon ta’ għada