Sigħat wara l-maltempata ta’ silġ li laqtet lil pajjiżna, it-temperatura baxxa ppreservat is-silġ f’numru ta’ lokalitajiet, b’ritratt mibgħut lilna minn Shawn Grech juri ‘snowman’ li hu u ħuħ għamlu fis-Siġġiewi ftit tal-ħin ilu.
L-iktar post li ntlaqat mis-silġ kien Għawdex, bl-Għawdxin li qamu għal xena mhux tas-soltu hekk kif il-gżira ġara ta’ Malta qamet miksija minn tapit abjad tas-silġ.
Ritratt li għaddielna Steve Spiteri, mill-Munxar Għawdex juri presepju magħmul mis-silġ li niżel f’dan il-lokal.
U sensiela ta’ ritratti li waslulna juru persuni, b’mod speċjali tfal li stenbħu jwettqu ħolma mhux tas-soltu għal pajjiżna; dik li jibnu snowman (minkejja li dak li nieżel f’Malta hu silġ u mhux borra).
Fost ir-ritratti li waslulna minn Għawdex hemm dawk ta’ Amy Portelli, tifla ta’ disa’ snin mis-Sannat, Gioia Marì Xerri, tifla ta’ 3 snin fix-Xlendi, Sam Portelli min-Nadur, Christian Farrugia, Charlene Scerri u Steve Xuereb mir-Rabat u Christian Xerri, Sephora Bajada u Stefan Bajada mix-Xagħra.
//= $special ?>