Internazzjonali

RITRATTI : Jinstabu fdalijiet tal-ajruplan tal-Air Asia

Dalghodu nstabu fdalijiet tal-ajruplan tal-Air Asia fil-Baħar ta’ Java, ftit lil hinn mill-gżira ta’ Borneo.

L-oggetti li nstabu x’aktarx huma bieba ta’ ajruplan u żurżieqa ta’ emerġenza.

Fit-tfitxija qed jieħdu sehem minn tal-inqas 30 bastiment, 15-il ajruplan u 7 ħelikopters.

L-ajruplan tal-Air Asia b’162 persuna abbord għeb nhar il-Ħadd li għadda wara li telaq minn Surabaya fl-Indoneżja għall-Singapor.

Bambang Soelistyo, il-persuna responsabbli mill-ħidma ta’ salvataġġ u tfittxija, qal li mill-informazzjoni li għandhom jidher li l-ajruplan jinsab f’qiegħ il-baħar.