F’Idaho l-Amerika, mara inqatlet minn binha ta’ sentejn permezz ta’ arma tan-nar aktar kmieni dalgħodu.
Għall-ħabta tal-10.00 ta’ filgħodu, waqt li mara kienet qed taghmel ix-xirja minn ħanut f’Idaho, it-tifel tagħha ta’ sentejn, ħadilha l-arma tan-nar li kellha moħbija fil-basket personali tagħha u sparala.
Il-mara mietet fuq il-post u għadha ma ġietx identifikata.
L-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.
//= $special ?>