Is-sewwieqa huma mitluba jevitaw Valley Road f’Birkirkara hekk kif ix-xita qalila u kontinwa li nieżla fuq il-gżejjer Maltin u l-ilma li jgħaddi b’tant qawwa minn din it-triq wassal biex inqalgħu numru ta’ tappieri.
Dawn it-tappieri huma moħbija taħt l-ilma bil-konsegwenza li qed jikkawżaw periklu għas-sewwieqa li jkunu għaddejjin minn din it-triq u ma jindunawx bit-tappieri maqlugħa.
Dan minbarra li bħas-soltu, din it-triq tinsab totalment miksija minn ilma li għaddej b’qawwa minn din it-triq.
Sitwazzjoni simili anke’ fi Triq l-Imdina, f’Ħal Qormi hekk kif f’din it-triq inqalgħu tliet tappieri li nġarrew l-ilma.
//= $special ?>