Ambjent Lokali

U jekk f’Malta tagħmel il-borra?

Siti tat-tbassir tat-temp qed ibassru li f’Malta hemm ċans żgħir ħafna li saħansitra tinżel il-borra (snow) u mhux biss silġ (hail) bħalma kellna fl-aħħar sigħat. Dan ikun avveniment storiku għal pajjiżna.

Dan minħabba ċirkolazzjoni ta’ pressjoni baxxa li qed tkompli tintensifika fuq il-Lvant tal-Mediterran qed testendi lejn iċ-ċentru u l-Punent tal-Mediterran.

Madankollu, siti iktar kredibbli bħal dak tal-uffiċċju meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta qed ibassru li t-temp fis-sigħat li ġejjin se jkun karatterizzat minn sħab b’ħalbiet tax-xita lokalment bir-ragħad u bis-silġ kultant.

It-temperatura qed tkun dik ta’ madwar 7°C, bl-inqas mistennija tinżel għal 4°C.