Il-goalkeeper ta’ Valletta u tat-tim nazzjonali Malti ta’ taħt il-21 sena Yenz Cini laħaq ftehim ma’ Gudja United u ffirma kuntratt ma’ dan il-klabb tal-Ewwel Diviżjoni sa tmiem dan l-istaġun.
Il-firma ta’ Cini waslet iktar kmieni llum, l-għada li l-goalkeeper żagħżugħ niżel għall-ewwel sessjoni ta’ taħriġ tiegħu ma’ Gudja.
Kienu Gudja United li fl-aħħar jiem għamlu talba uffiċjali lil Valletta sabiex jiksbu s-servizzi ta’ Yenz Cini b’self għall-kumplament tal-istaġun.
Gudja hu wieħed mit-timijiet li qed jaspira għal promozzjoni għall-Kampjonat Premier fl-aħħar ta’ dan l-istaġun, tant li fil-jiem li għaddew akkwistaw ukoll lill-attakkant Brażiljan Joselito Dos Reis li fil-passat lagħab għal Birkirkara u Balzan (aqra hawn).
Iktar aħbarijiet dwar trasferimenti lokali fuq Replay (Net Television).
//= $special ?>

