Lokali

Filmat: Ice Bucket Challenge għad-Dar tal-Providenza

Il-kesħa li laqtet lill-Gżejjer Maltin fl-aħħar sigħat ma kinitx biżżejjed għal Anton Cutajar, li għall-ħabta tal-ħdax ta’ wara nofsinhar mela barmil silġ u waddbu fuqu biex għamel l-Ice Bucket Challenge.

Anton ġabar lil grupp ta’ ħbieb tiegħu u għamel din l-isfida b’risq id-Dar tal-Providenza.

Għal din id-dar, bħal kull sena, se ssir maratorna ġbir ta’ fondi għada, l-ewwel tas-sena 2015.