It-temperatura baxxa li qed tippersisti fuq il-Gżejjer Maltin wasslet biex għat-tieni darba fi ftit sigħat f’pajjiżna niżlet il-borra.
Qarrejja ta’ Maltarightnow irrakkuntaw kif għal ftit minuti, f’inħawi bħal Ħal Tarxien u ż-Żejtun, bdiet nieżla l-borra.
Iktar kmieni: Fis-sigħat ta’ filgħodu fuq il-Gżejjer Maltin niżlet borra rqiqa f’diversi nħawi f’Malta, fosthom l-Isla u Ħad-Dingli, Buġibba u anke’ l-Belt Valletta.
Ritratti: Matthew Ghigo (fuq) u Yanika Falzon (isfel)
[youtube width=”675px” height=”465px”]QSa8jmz923M[/youtube]Filmat: Cleavin Lovergrove
//= $special ?>