Lokali

IL-ĠURNALI DALGĦODU

Din hi ħarsa lejn il-faċċati tal-ġurnali ppubblikati llum, l-aħħar jum tas-sena 2014.

IN-NAZZJON b’rapport dwar it-tfajla ta’ 14-il sena li għada nieqsa wara li għebet 17-il jum ilu. Referenza wkoll għal żewġ stejjer fil-paġni ta’ ġewwa tal-ġurnal, fosthom dwar sajjetta li laqtet lil ajruplan tal-Air Malta u storja dwar is-silġ li ħakem il-Gżejjer Maltin ilbieraħ.

L-ORIZZONT b’ritratt mis-silġ li għamel ilbieraħ. Storja dwar il-flus li ġew trasferiti mill-kumpanija ċiniża għall-Gvern Malti wara l-bejgħ tal-Enemalta.

THE MALTA INDEPENDET b’ritratt mis-silġ li għamel ilbieraħ. Ukoll b’rapport dwar it-transazzjoni li saret minn Shanghai Electric ta’ 250 miljun ewro. Rapport ukoll dwar it-tħassib li għandu l-Gvern b’rabta mal-kri\i fil-Libja li qed tħalli l-effett tagħha f’Malta minħabba żewġ gruppi li qed jisħqu li huma l-gruppi leġittimi mil-Libja.

TIMES OF MALTA – Rapport ewlieni b’dettalji mill-kumpilazzjoni fil-Qorti fil-konfront ta’ Bin Han, Direttur Maniġerjali ta’ Leisure Clothing. Ritratt ukoll ta’ ‘hailman’ f’Għawdex wara s-silġ li għamel. Storja wkoll dwar kif raġel li seraq ‘charity shop’ skuża ruħu u ta 50 ewro donazzjoni.