Internazzjonali

Immigranti mejtin abbord bastiment li kien abbandunat

Mill-inqas erba’ persuni nstabu mejta abbord bastiment kummerċjali li kien qed iġorr madwar 900 immigrant illegali. Il-bastiment kien mitluq għal riħu wara li tħalla abbanduant fl-ibħra territorjali tal-Greċja.

Il-vapur Blue Sky M kien abbandunat u tħalla fuq l-autopilot mill-ekwipaġġ tiegħu, x’aktarx traffikanti tal-persuni.

Il-gwardja tal-kosta Taljana mbagħad irnexxielhom iġibu l-vapur taħt kontroll filwaqt li daħluh fil-port Taljan ta’ Gallipoli.

L-immigranti, li l-maġġoranza tagħhom huma Sirjani u Kurdi, ittieħdu għall-kenn fi skola lokali u f’gym.

Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.