Internazzjonali

Jibdew jaslu l-ewwel katavri

L-ewwel żewġ katavri mit-titjira QZ8501 tal-ajruplan AirAsia rritornaw fil-belt Indoneżjana ta’ Surabaya, fejn il-qraba qed jistennew il-wasla ta’ dieqa kbira.

Iż-żewġ katavri ttajru fl-ajruport ta’ Juanda llum wara nofsinhar, minn sptar f’Pangkalan Bun, fejn kienu ntbagħtu mis-sit fejn seħħet it-traġedja.

Il-qraba tal-vittmi ntalbu għal kampjuni tad-DNA sabiex jgħinu fl-identifikazzjoni tal-vittmi.

L-Airbus A320-200, li kellu 162 passiġġier abbord u li kien qed itir minn Surabaya sa Singapore, sparixxa nhar il-Ħadd u fdalijiet kienu lokalizzati fil-baħar ilbieraħ.

Aktar f’In-Nazzjon ta’ għada.