Internazzjonali

L-aktar ‘searches’ popolari fuq Google għall-2014

Il-kumpannija Google, kull sena, toħroġ il-lista tal-aktar suġġetti (topics) li jkunu fittxew in-nies fuq l-Internet matul ix-xhur preċedenti u l-2014 żgur li ma kenitx l-eżezzjoni. Intant, l-istorja traġika tal-attur Amerikan Robin Williams — li kkommetta suwiċidju f’Awwissu li għadda — qanqlet l-akbar interess skont ma tindika l-attivita fuq is-search engine ta’ Google.

Fil-fatt, Google, din is-sena ħarġet żewġ listi — waħda għas-‘search trends’ fl-Istati Uniti u l-oħra għas-‘search trends’ madwar id-dinja. Intant, l-aktar affarijiet, avvenimenti u personalitajiet li interessaw lin-nies fuq iż-żewġ naħat tal-Atlantiku huma prattikament l-istess, bi ftit differenzi.

L-aktar ‘topics’ li, din is-sena, iġġeneraw attivita fuq is-‘search engines’ tal-Amerikani kienu 1) Robin William, 2) It-Tazza tad-Dinja (World Cup), 3) L-Ebola, 4) Il-Malaysian Airlines, 5) Flappy Bird, 6) L-ALS Ice Bucket Challenge, 7) L-ISIS, 8) L-inċidenti ta’ Ferguson, 9) (Il-film) Frozen, 10) L-Ukrajna

Intant, il-lista għall-‘Global Trending Searches’ jaqra hekk: 1) Robin Williams, 2) It-Tazza tad-Dinja (World Cup), 3)L-Ebola, 4) Il-Malaysia Airlines, 5) l-ALS Ice Bucket Challenge, 6) Flappy Bird, 7) Conchita Wurst, 8) L-ISIS, 9) Frozen, 10) L-Olimpjadi ta’ Sochi.

Kif wieħed jista’ jara, dawn iż-żewġ listi qisom ‘fula maqsuma’, bid-differenza li l-kantanta Conchita Wurst u l-Olimpjadi ta’ Sochi qanqlu interess akbar, fuq livell internazzjonali, milli kien il-każ fl-Istati Uniti — bl-Amerikani jinteressaw ruħhom aktar fl-inċidenti u l-protesti ta’ Ferguson u l-iżviluppi fl-Ukrajna.