Lokali

Maltempata oħra tas-silġ qed tolqot xi nħawi f’pajjiżna

Diversi partijiet ta’ Malta qed jintlaqtu minn maltempata oħra tas-silġ, it-tieni waħda fl-aħħar 24 siegħa.

Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku fi ħdan l-Ajruport Internazzjonali ta’ Malta, qed ibassar li l-maltemp li laqat lill-gżejjer Maltin fl-aħħar sigħat mistenni jkompli anke’ illum u għada.

Għal għada, 31 ta’ Diċembru l-Uffiċċju Meterjoloġiku qed ibassar li t-temp ikun ftit jew wisq imsaħħab b’ħalbiet tax-xita lokalment bir-ragħad u bis-silġ kultant.

Ir-riħ mistenni jkun ftit qawwi għal qawwi mit-Tramuntana għall-Majjistral, kultant isir moderat għal ftit qawwi. Bil-buffuri tar-riħ qrib il-maltempati bir-ragħad.

Għalhekk wieħed jappella għall-kawtela fit-toroq Maltin hekk kif hu mistenni li t-toroq jibqgħu mimlija b’ammont sostanzjali ta’ ilma.