Raġel ta’ 25 sena u martu ta’ 60 sena li jgħixu f’appartament fil-Gżira ngħataw sentenza sospiża wara li ammettew li mexxew burdell mill-appartament tagħhom stess li jinsab fi Triq Testaferrata Street fil-Gżira.
Theresa Cutajar u Elmleti Mohamed Saad ammettew ukoll li għexu għal kollox jew xi ftit jew wsiq mill-qliegħ li kien ġej mill-prostituzzjoni u dan f’Awwissu li għadda u x-xhur ta’ qabel. Il-Pulizija mid-Distrett u tas-Sezzjoni ta’ Kontra l-Vizzji kienet għamlet rejd fl-appartament tal-koppja wara li prostituta li kienet qed tħajjar diversi rġiel għal skop ta’ prostituzzjoni, kienet ġiet arrestata. Din kienet ammettiet mal-Pulizija li hija kienet qed tbiegħ ġisimha għal flus u kienet qed topera minn appartament li huwa tal-koppja.
Waqt l-investigazzjonijiet li wettqu l-Pulizija rriżulta li prostituti oħra ammettew li huma kienu qed jaqdu lill-klijenti tagħhom fl-appartament tal-koppja.
Quddiem il-Maġistrat Doreen Clarke, il-koppja li żammet idejn xulxin waqt l-ammissjoni u l-għoti tas-sentenza, ir-raġel u martu li dak il-ħin bidlu l-verżjoni tagħhom minn dik ta’ mhux ħatja, għall-ħatja tal-akkużi kollha miġjubin kontrihom. Cutajar, li fl-ewwel tas-sena tagħlaq 61 sena, ammettiet ukoll li hi tlajjat għal skop ta’ prostituzzjoni.
Mill-provi rriżulta wkoll li borża b’numru kbir ta’ kondoms, kif ukoll ħwejjeġ intimi ta’ taħt, u oġġetti oħra relatati mas-sess, bħal ġugarelli, nstabu wkoll fl-appartament tal-koppja.
L-Ispettur Jason Sultana qal lill-Qorti li meta wieħed jikkunsidra li l-koppja diġa għamlet żmien konsiderevoli taħt arrest preventiv u l-fatt li l-kondotta ta’ Saad hija waħda nadifa, dawn għandhom jingħataw ċans ieħor u dan permezz ta’ sentenza sospiża. Id-difiża mmexxija mill-Avukat Joseph Arrigo qablet mal-argument tal-Prosekuzzjoni u kkundannat lill-koppja għal sitt xhur ħabs sospiżi għal sentejn u multa ta’ €400 kull wieħed. Huma kienu ordnati wkoll iħallsu li spejjeż tal-Qorti li laħħqu s-somma ta’ €817.
//= $special ?>