Il-Pulizija tar-Rapid Intervention Unit issejħu f’Tal-Ħandaq wara informazzjoni li hemm xi nies fl-istores tal-LIDL.
Kien għall-ħabta tal-23:15 li l-pulizija rċivew telefonata anonima u ġew infurmati li kien hemm xi moviment f’dawn l-istores.
Għalhekk huma waslu fil-post fi ftit ħin biex jinvestigaw dawn ir-rapporti. Madankollu sabu li fiż-żona ma kien hemm xejn suspettuż u ġie stabbilit li kien biss allarm falz.
//= $special ?>